Taħt Tlett Stilel
- Yasmin Vassallo

- Jun 12, 2021
- 1 min read
Taħt tlett stilel,
intfajna aħna t-tnejn flimkien,
fi skiet,
f'solitudni.
Ma konniex weħidna,
le ma konniex,
l-istilel bdew jħarsu lejna,
daqs li kieku,
Dan il-mument,
ta' hena u paċi,
bejn żewġ maħbubin,
kien xi att kriminali.
Hekk kif inħares f'għajnejh,
Ja Stilel, intom mintom xejn,
ħdejn l-isbuħija tiegħu,
li avoljja fi dlam ċappa,
Jleqq iktar minkom, Ja Stilel.
Hekk kif kliemu jikser s-skiet,
it-tlett stilel jsiru erbgħa,
iżda r-raba stilla,
mhi xejn hlief...
Dak li qiegħed ħdejja,
fid-dlam, fil-hemda,
taħt tlett stilel,
weħidna flimkien
<3


Comments